“Se noħolqu peniżola ta’ paċi” – Mexxejja Koreani

Pyeongyang Press Corps/Pool via REUTERS

Illum il-Korea ta’ Fuq, fil-preżenza t’ esperti barranin, qalet li lesta li twaqqaf kompletament il-faċilitajiet primarji ta’ missili fil-pajjiż. Dan huwa l-aktar attentat riċenti ta’ Kim Jong Un biex jerġa’ jqajjem id-diskussjonijiet ma’ Washington fuq il-programm nuklejari tal-pajjiż.

F’konferenza tal-aħbarijiet, Kim flimkien mal-President tal-Korea t’Isfel, Moon Jae-in, qablu li se jibdlu l-peniżola f’art ta’ paċi bla armi u theddid nuklejari. Iż-żewġ mexxejja stqarrew li huma lesti li jagħlqu l-kumpless nuklejari jekk l-Istati Uniti jieħdu “azzjoni reċiproka”. Huma ma speċifikawx x’inhi din l-azzjoni reċiproka.