“Se nkun lura aktar b’saħħti” – Zack

“L-operazzjoni kienet suċċess. It-triq għall-irkupru tibda issa. B’ħarsa ‘l quddiem biex naħdem iktar biex inkun lura nagħmel dak li verament inħobb. Se nkun lura aktar b’saħħti” – hekk ikkummenta il-futboler tal-Gzira United FC permezz ta’ messaġġ fuq il-profil tiegħu fuq Facebook fejn ippubblika ritratt li jurih fil-kamra tiegħu fil-klinika privata Casa di Cura Villa Stuart f’Ruma, fl-Italja fejn sarlu l-intervent.

Scerri kellu bżonn operazzjoni serja fi rkupptejh (ACL). Dan wara li f’Settembru li għadda weġġa’ waqt li kien qed jagħmel training.

Operation was a success 🙏🏻✅Would like to take this opportunity to express my gratitude and appreciation for the…

Posted by Zack Scerri on Friday, November 6, 2020

Nawgurawlu fejqan ta’ malajr.