“Se nkompli naħdem biex insalva lin-nagħaġ”

Moira Delia, magħrufa għall-ħidma tagħha favur l-annimali, qalet li għamlet ħilitha kollha biex issalva n-nagħaġ milli jinqatlu u li se tkompli taħdem biex issalvahom.
Moira kitbet dan il-kumment wara li merħla nagħaġ ġiet ordnata tinqatel hekk kif il-Qorti tal-Appell ma laqgħatx it-talba ta’ bidwi Għawdxi biex din il-merħla ma tinqatilx wara li naqas milli jirreġistrahom.
Fuq Facebook kitbet li l-qtil tal-merħla nagħaġ mhix l-għażla korretta u ssuġġeriet lill-qorti li jsiru testijiet fuq in-nagħaġ qabel ma jinqatlu.