Se nkompli nagħmel xogħli – Casa lil Scicluna

Il-Membru tal-Parlament Ewropew David Casa qal li huwa se jkompli jagħmel xogħlu, b’risposta għal dak li qal il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, li huwa għandu xi influwenzi sopranaturali fi Brussell.

Casa spjega li Scicluna ma għandux triq oħra ħlief li jirreżenja għax it-Taqsima ta’ Analiżi ta’ Intelliġenza Finanzjarja (FIAU) u l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) kienu taħt ir-responsabilità ta’ Scicluna mill-2013 u minn dak iż-żmien dawn inħatfu politikament biex jipproteġu lill-kollegi tal-kabinett ta’ Scicluna.

Fl-istqarrija Casa rrimarka li l-kollegi ta’ Scicluna fil-kabinett inqabdu fil-fatt f’korruzzjoni fuq skala kbira u fil-ħasil tal-flus.