“Se nippruvaw nagħmlu reazzjoni” – Matic

Wara s-suċċess ta’ 2-0 illi kellhom kontra Brighton and Hove Albion, il-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Manchester United, Nemanja Matic tkellem dwar dak kollu li għadda minnu l-klabb matul din il-ġimgħa.
Mal-mikrofonu tal-istazzjon BT Sport, il-plejer Serb qal illi kienet ġimgħa diffiċli għal sħabu wara t-telfa mhux mistennija kontra Seville fil-UEFA Champions League.
Matic, illi kien wieħed mill-iskorers ta’ din il-partita, sostna illi kien importanti li t-tim jagħmel reazzjoni wara din it-telfa u f’moħħhom għandhom illi jirbħu l-FA Cup sabiex ikunu jistgħu jġibu xi trofew lejn Old Trafford.
Huwa temm jgħid illi meta tilgħab ma’ klabb kbir bħal Manchester United huwa naturali li dejjem irid ikollok mentalita’ rebbieħa u dak hu li ser jippruvaw jagħmlu l-plejers sabiex ipattu għal dan id-diżappunt.