“Se nimxi fuq il-passi ta’ ommi”

Ritratt: Facebook/EllaPortelli

Bdew il-preparamenti għall-edizzjoni li jmiss tal-konkors Miss World Malta organizzat minn Modelle International u fost dawk li kkonfermaw li se jieħdu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena hemm Ella Portelli li kkummentat li se tkun qed timxi fuq il-passi ta’ ommha.

Ella fil-fatt hija bint Joanna Corser, li rebħet it-titlu fl-1987 u eventwalment irrappreżentat lil Malta fil-Miss World tal-1987 li kien sar fit-12 ta’ Novembru fir-Royal Albert Hall ta’ Londra. Hija kienet mil-lokalità tal-Gżira.

Joanna Corser u l-parteċipanti tal-1987 ta’ Miss Malta. Ritratt: Facebook/JoannaCorser

L-edizzjoni ta’ dik is-sena, li kienet is-37 waħda, kienet intrebħet minn Ulla Weigerstorfer mill-Awstrija u ġiet inkurunata minn Giselle Jeanne-Marie Laronde, ir-rebbieħa tas-sena ta’ qabel.

Joanna Corser illum il-ġurnata. Ritratt: Facebook/JoannaCorser

L-aħħar edizzjoni tal-Miss World saret f’Diċembru li għadda b’Nicole Vella bħala r-rappreżentanta Maltija fid-69 edizzjoni li ttellgħet f’Londra.

Awguri lil Ella u dawk kollha li din is-sena se jkunu qed jikkompetu fil-konkors ta’ Miss World Malta.