Se niflu l-bini ta’ ċentru tas-saħħa f’Raħal Ġdid – PN

L-Oppożizzjoni se tkun qed twettaq skrutinju fuq il-proċess tal-bini ta’ ċentru tas-saħħa f’Raħal Ġdid.

Il-Partit Nazzjonalista (PN) qal li t-taxxi tal-poplu qed imorru biex iħallsu t-taħwid tal-Gvern għax ħadd ma jaf x’qed jiġri kull meta jkun hemm l-għoti tal-offerti. Il-PN spjega li dan ġara fil-każ tal-Vitals u issa fil-proċess tal-għoti tal-offerta fil-bini ta’ hub tas-saħħa f’Raħal Ġdid.

Il-PN żied jgħid li f’dan it-taħwid mhux biss ibatu dawk li jħallsu t-taxxi iżda wkoll il-pazjenti tal-futur minħabba d-dewmien fix-xogħlijiet kif ukoll il-ħidma u l-pjanijiet tan-negozji kompetituri.