Se nibqgħu bir-riħ?

Ir-riħ li qed jaħkem il-Gżejjer Maltin mistenni jiżdied fis-sigħat li ġejjin.
Skont is-sit First Malta, ir-riħ mill-Punent Majjistru mistenni jitqawwa u jippersisti mal-lejl, fejn imbagħad ikompli t-Tnejn filgħodu.
F’xi ħin, ir-riħ mistenni jilħaq sa Forza 7 f’xi nħawi.
Ir-riħ mistenni jibda jitqawwa wara l-4pmu sa tard bil-lejl, bejn id-9pm u nofsillejl, jilħaq Forza 6 għal Forza 7.
Dan mistenni jippersisti sat-3am. Ma’ sbieħ it-Tnejn, ir-riħ mistenni jikkalma xi ftit għal Forza 5, iżda xorta jibqa jilħaq Forza 7 f’xi waqtiet.
Sat-Tnejn filgħaxija r-riħ jikkalma ftit sa Forza 4 għal 5, filwaqt li sbieħ it-Tlieta filgħodu (9am) jinżel għal Forza 2 għal 3.
Skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, nhar it-Tlieta u l-Erbgħa mistennija xi ħalbiet tax-xita. 
Ritratt: Gozo Weather Page