“Se nibqa’ nkellmek kuljum” – it-tfajla ta’ Neil

Neil Zammit Tfajla facebook

It-tfajla ta’ Neil Zammit ħalliet post emozjonanti fuq Facebook tistqarr l-imħabba għall-maħbub tagħha li miet wara li kien qed jogħdos fl-inħawi ta’ Baħar iċ-Ċagħaq, nhar it-Tnejn li għadda, u ma telax lura.

Fuq Facebook sostniet li se tibqa’ tkellem lill-maħbub tagħha kuljum u tirreferi għalih bħala r-raġel futur tagħha. Sostniet li taf li issa jinsab f’post aħjar u li mhux se tieqaf titlob għalih kull ħin u kull mument.

Neil kien magħruf bħala bugħaddas eċċellenti u minn ħarsa lejn il-profil tiegħu fuq Facebook wieħed jista’ faċilment jara kemm kien iħobb il-ħajja marittima.

https://www.facebook.com/photo.php?fbid=688399251516609&set=a.112936769062863&type=3&theater