“Se nibqa’ nħobbok tul ħajti kollha” – Dominic lil Ina

Messaġġ ħelu lil Ina Robinich f’għeluq sninha mir-raġel tagħha Dominic Cini li f’messaġġ fuq il-sit soċjali Facebook kitbitlha hekk:

“Għażiża tiegħi wasal birthday ieħor u nixtieq ngħidlek grazzi talli dejjem f’dan iż-żmien li għaddejna flimkien li dejjem għalkemm il-ħajja mgħaġġla urejtni l-imħabba kemm fit-tajjeb u fil-ħażin. Se nibqa’ nħobbok tul ħajti kollha. Awguri”.

Dominic u Ina għandhom ukoll tifel, Ainsley.

Ina Robinich twieldet bħal-lum 12 ta’ Marzu fl-1979 u llum hija qed tiċċelebra għeluq il-41 sena tagħha.

Hija bdiet turi interess fil-qasam mużikali minn età bikrija u anki bdiet titħarreġ bħala attriċi kemm mal-kumpanija teatru Rjal u anki mal-Bronk. Tul is-snin rajnieha wkoll tieħu sehem fil-pantomimi u bosta musicals, kif ukoll kellha sehem f’sensiliet televiżivi bħal Undercover, D.R.E.A.M.S., Qalb in-Nies u l-film Scrooge.

Dan kollu apprti s-sehem f’bosta festivals mużikali fosthom L-Għanja tal-Poplu u  Konkors Kanzunetta Indipendenza.

Nawguraw lil Ina jum mill-aqwa f’għeluq sninha.