“Mhux se nibnu 12-il torri mad-dawra tal-lukanda” – Corinthia Group

Kelliem għall-Corinthia Group sostna li huma foloz ir-ritratti li nxterdu fuq il-midja soċjali u li juru żvilupp ġdid madwar iż-żona fejn għandha tinbena l-lukanda tal-Corinthia.

Corinthia Group kienet qed twieġeb il-mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mt dwar ritratti li qed juru żvilupp ieħor ta’ 12-il torri lussuż mad-dawra tal-lukanda l-ġdida tal-Corinthia. Il-kumpanija insistiet li dawn mhumiex fil-pjan, huma fittizji u qarrieqa.

Wara li l-midja ppubblikat dawn ir-ritratti, il-kumpanija spjegat li ifil-bidu ħassu li ma kellhomx għaliex joħorġu dikjarazzjoni min-naħa tagħhom. Qalet li assumiet li l-pubbliku kien se jinduna li dawn ir-ritratti kienu fittizji u ma jirriflettux it-tip ta’ lussu tal-iżvilupp tal-Corinthia fil-Bajja San Ġorġ.

Aqra aktar minn hawn