“Se nħabbar iċ-Chief of Staff fil-jiem li ġejjin” – Joseph Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li fil-jiem li ġejjin se jħabbar min se jkun iċ-Chief of Staff tiegħu.
Fl-aħħar leġiżlatura, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri kien f’nofs kontroversja minħabba allegazzjoniijiet ta’ tixħim u ħasil ta’ flus, li dwarhom hemm żewġ inkjesti Maġisterjali. Dan wara evidenza li tressqet mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Min-naħa tiegħu Schembri dejjem ċaħad dawn l-allegazzjonijiet.
Dr Muscat kien qiegħed jitkellem waqt żjara li għamel fl-Uffiċjini tal-Kumpanija tal-gaming Betsson Group, fejn matulha kellu laqgħa mal-Kap Eżekuttiv u l-President Ulrik Bengtsson.
Waqt li kien qiegħed jindirizza lill-ġurnalisti Dr Muscat spjega li l-Kap Eżekuttiv ikkonferma li l-kumpanija Betsson Group se tibqa’ topera f’Malta.
Żied jgħid li hemm żewġ kumpaniji oħra tal-gaming li applikaw għal-liċenzja biex jiftħu f’Malta iżda qal li ma jistax jgħid min huma.