“Se ngħinu lill-ħwienet jindirizzaw it-tnaqqis fil-bejgħ” – Delia

PN

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia saħaq li l-Partit Nazzjonalista se jgħin lill-ħwienet, self-employed u negozji żgħar jindirizzaw it-tnaqqis fil-bejgħ u l-isfidi onlajn.

F’laqgħa ma’ delegazzjoni mill-GRTU, Dr Delia qal li l-PN se jiddefendi lil tal-ħwienet mit-theddida tas-Soċjalisti Ewropej li jridu taxxa waħda komuni fl-Ewropa kollha.  Dwar taxxa waħda Ewropea, Delia stqarr li din tkisser in-negozju Malti u l-impjiegi ta’ eluf ta’ Maltin u Għawdxin.

Fi kliem il-Kap Nazzjonalista din it-taxxa tkun ukoll theddida għall-investiment fosthom fis-setturi ewlenin tal-ekonomija li jinkludu l-igaming u s-servizzi finanzjarji li għandhom pagi tajbin u jonfqu aktar mill-ħwienet.