“Se neżaminaw l-indipendenza tal-ġudikatura fil-Polonja” – KE

Il-Kummissjoni Ewropea (KE) qalet li se tkun qed teżamina abbozz ta’ liġi tal-Polonja. Se tkun qed teżamina jekk il-liġi timminax l-independenza tal-ġudikatura. Dan fost it-tensjonijiet bejn Brussell u Warsaw dwar standards demokratiċi.

L-Unjoni Ewropea (UE) akkużat lill-Gvern Pollakk bil-politiċizzazzjoni tal-ġudikatura. Minn naħa tiegħu, il-partit qal li r-riformi huma neċessarji biex l-Qrati tal-Polonja jkunu iżjed effiċjenti.

Taħt il-leġislazzjoni li ssottometta l-partit fil-Parlament, imħallfin jistgħu jitkeċċew jekk jeżaminaw wisq fil-qrib il-leġittimità tar-riformi ġudizzjarji. Tgħid ukoll li l-imħallfin iridu jinformaw lil ta’ fuqhom dwar jekk qatt kellhom xi sħubija ma’ partit politiku, u dwar ebda attività f’organizazzjonijiet mhux governattivi, u fuq il-midja soċjali.