Se naħdem għal strutturi sodi kontra abbużi sesswali mill-kleru – L-Arċisqof

L-Arċisqof Charles Scicluna qal li qed jagħfas biex ikun hemm strutturi sodi u permanenti biex jittrattaw każi ta’ abbużi sesswali min-naħa tal-kleru. F’intervista li ta lill-ġurnal The Sunday Times, L-Arċisqof qal li minkejja d-diversi ħatriet li għandu, dawn ma jagħmluhx Isqof part-time u xejjen xnigħat li se jsir kardinal. Mistoqsi dwar kummenti li ġieli għamel dwar suġġetti kontroversjali, l-Arċisqof qal li l-irwol tal-Arċisqof huwa li jirrappreżenta l-valuri preżenti u jgħaqqad l-entitajiet flimkien biex ikun hawn verament id-demokrazija.

L-Arċisqof Charles Scicluna nħatar mill-Papa Franġisku bħala segretarju aġġunt fil-kongregazzjoni tad-duttrina tal-fidi (CDF). Huwa qal li din hija pożizzjoni ta’ fiduċja li l-Papa Franġisku fdalu f’idejh.

L-Arċisqof semma li wieħed mill-irwoli tiegħu huwa li jieħu ħsieb każijiet speċjali bħal persuni fil-kleru li jabbużaw mill-poter u abbużi sesswali mill-kleru. Dawn huma żewġ irwoli li kellu fiċ-Ċilì aktar kmieni din is-sena. L-Arċisqof spjega li huwa wkoll il-President tal-Kulleġġ tar-riżorsi u l-irwol tiegħu huwa li jevalwa d-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu mill-kongregazzjoni tad-duttrina tal-fidi. F’dan l-irwol huwa jrid jiddeċiedi jekk id-deċiżjoni li tkun ittieħdet tkunx deċiżjoni tajba.

L-Arċisqof spjega li fis-CDF huma jiltaqgħu darba f’xahar u jiddeċiedu fuq l-appelli li jkunu saru wara li tkun ttieħdet deċiżjoni fejn ikun hemm nuqqasijiet serji mill-membri tal-kleru. Huwa qal li dan huwa bħal bord tad-dixxiplina.

Dwar il-possibilità li jilħaq Kardinal, l-Arċisqof qal li din hija deċiżjoni tal-Papa. Huwa spjega dan l-irwol ma ifissirx li hu se jilħaq kardinal. L-Arċisqof żied li min qed jgħid li l-Arċisqof huwa fuq bażi part-time, huwa qal li jaf li jrid jiddedika l-ħin tiegħu kemm għal Ruma imma wkoll għal Malta. Huwa qal li l-Papa Franċisku ried li l-isqfijiet jkunu parti mid-deċiżjonijiet li jittieħdu Ruma.

Dwar l-ispekulazzjonijiet li l-ħatra tal-Isqof Awżiljarju seħħet għax huwa se jirreżenja, l-Arċisqof qal li din tista’ tkun li ħafna jixtiquha. Scicluna qal li kien hu stess li talab lill-Papa biex jinħatar Isqof Awżiljarju wara l-ewwel kariga li kellu fiċ-Ċilì.

L-Arċisqof semma wkoll il-fatt li llum il-ġurnata kollox sar għandu prezz – mill-passaporti sal-identità tagħna, u qal li f’dan iż-żmien tal-Milied, għandna nirriflettu fuq il-valur veru tal-affarijiet u mhux fuq prezzhom.