“Se nagħmlu minn kollox biex il-Greċja tibqa’ fl-Ewro” – il-KE għall-Finanzi

Il-Kummissarju Ewropew għall-Finanzi Pierre Moscovici qal li post il-Greċja huwa fiż-żona Ewro.
F’intervista li ta lill-istazzjon Ingliż BBC, Moscovici qal li l-futur tal-Ewro jiddependi wkoll fuq il-premessa li l-Greċja tibqa’ fiż-żona Ewro.

Sostna li l-Kummissjoni Ewropea se tagħmel minn kollox sabiex ma tħallix lill-Greċja toħroġ mill-Ewro.
Iżda qal li l-Gvern Grieg irid iżomm mal-impenji li kien hemm qbil dwarhom rigward il-
bailout.
Dan wara li l-Ministru għall-Finanzi tal-Greċja qal li jrid jinnegozja mill-ġdid it-termini tal-istess
bailout.
Il-Gvern ġdid Grieg immexxi mill-partit ta’ Syriza rebaħ l-elezzjoni ġenerali fil-pajjiż il-ġimgħa l-oħra bil-wiegħda li jnaqqas bin-nofs id-dejn tal-Greċja.