“Se nagħmel operazzjoni kbira; tista’ tiswieli ħajti” – Bjorn

Bjorn Formosa jinsab lura l-Isptar Mater Dei fejn se jkollu jgħaddi minn operazzjoni kbira. Fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook qal li l-operazzjoni hija waħda li jsalva minnha biss b’xorti tajba.

Aqra: “Dar Bjorn qed jibniha l-poplu Malti biċċa biċċa” – Bjorn

Minkejja dan, il-messaġġ tiegħu jibqa’ wieħed, dik li jiġbor is-somma tant bżonnjuża biex tinbena Dar Bjorn. Appella lill-pubbliku sabiex nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru jsegwi Xarabank fejn se jkun qed isir sforz ieħor għall-ġbir ta’ fondi għal din id-dar.

Hu qal li kull min jixtieq jagħmel id-donazzjonijiet tiegħu jista’ jibda jagħmel dan minn issa. Dan billi:

  • Jibgħat SMS tq’ €6.99 fuq 50618936
  • Donazzjonu fuq Revolut fuq in-numru +356 79209420
  • Jew donazzjoni ta’ €20 billijċempel fuq 51002017.
  • Wieħed jista’ jagħmel pledge fuq 79209420 jew e-mail fuq info@alsmalta.org