Se jsir restawr tas-swar tal-Furjana

Il-Kummissjoni tal-Ippjanar ħarġet il-permess biex isiru xogħlijiet ta’ restawr u konservazzjoni tas-swar tal-Furjana li jagħtu għal fuq il-Port il-Kbir.
Dawn il-fortifikazzjonijiet, b’diżinn tal-inġinier Taljan Pietro Paolo Floriani bejn l-1622 u l-1636, kienu esposti għar-raxx tal-baħar, umdità, ħaxix li jikber magħhom u tniġġis fl-arja.
Ix-xogħlijiet se jkunu konformi ma’ metodu approvat mill-esperti tal-Awtorità tal-Ippjanar.