Se jsir assessjar ieħor ambjentali għall-proġett ta’ Manoel Island

Steve Zammit Lupi

Read in English.

It-Tribunal tal-Appelli dwar l-Ippjanar iddeċieda li l-konsorzju MIDI għandu jipprepara assessment ġdid dwar l-impatt ambjentali tal-proġett ta’ Manoel Island. Dan wara li kien hemm kunflitt ta’ interess minn wieħed mill-konsulenti involut.

Fi stqarrija l-għaqdiet ambjentalisti mhux governattivi, Flimkien għal Ambjent Aħjar u Inħobbu l-Gżira laqgħu din id-deċiżjoni. L-attivisti qalu li l-konsulenti tal-Bord tal-Appelli tal-Ippjanar li jivvalutaw il-wirt u l-ħsara ambjentali ta’ proġetti kbar għandhom ikunu imparzjali u l-kunflitt ta’ interess hija kwistjoni serja.

L-Għaqdiet Ambjentali qalu li l-pubbliku Malti jittama li din il-gżira tinbidel f’post fejn ikun jistgħu jsiru attivitjiet tal-familja, attivitajiet sportivi, mixi, għawm u ħin ta’ rilassament. Żiedu li madwar 80,000 huma mċaħħda minn din l-art.