Se jmexxi strateġija għall-Kottonera

Il-Gvern qal li se jniedi strateġija li se timmira biex ittejjeb il-qagħda soċjali u ambjentali fil-Kottonera.
Intqal li dan se jsir wara li analizza l-isfidi li qed jaffaċċjaw in-nies tat-tlitt ibliet, wara l-iżvilupp u l-investimenti li saru fl-aħħar snin, u li magħhom ġabu problemi ġodda.
Ir-riżultati li se tipprova tilħaq l-istrateġija huma kemm fiż-żmien qasir, kif ukoll fit-tul taż-żmien.
L-istqarrija ttemm tgħid li l-Membru Parlamentari, Glen Bedingfield, se jkun qed jieħu ħsieb li titmexxa l-istrateġija, billi jikkordina l-laqgħat mal-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera u jitkellem mal-partijiet ikkonċernati fil-proġetti tal-istess kumitat.