Se jkun hemm tibdil fit-talba tal-Missierna – rapporti

Read in English.

Mill-Ħadd 29 ta’ Novembru, it-talba tal-Missierna se jkollha parti minnha mibdula, l-ewwel fil-verżjoni bit-Taljan imbagħad gradwalment għall-bqija tal-lingwi.

Il-ġurnal ANSA qal li llum kien l-aħħar Ħadd li fih it-talba tal-Missierna saret bil-mod kif imdorrijin ngħiduha. Mal-bidu tal-Avvent, se tidħol ukoll tibdil ta’ linja fil-Missierna. Filwaqt li bit-Taljan, din il-bidla se tkun qed issir mill-Ħadd li ġej, il-bqija tal-lingwi għandhom ċans biex jagħmlu t-traduzzjoni tagħhom sal-Għid il-Kbir tal-2021.

Jidher li l-vers “non indurci in tentazzione” (iddaħħalniex fit-tiġrib), se tinbidel għal “non abbandunarci alla tentazzione” (tabbandunaniex fit-tiġrib).

Din il-bidla tirrigwarda prinċipalment it-traduzzjoni mit-test oriġinali bil-Grieg l-antik. Jidher li din il-bidla li qed tkun appoġġjata mill-Papa jidher li diġà qed issir minn konferenzi episkopali oħra skont il-lingwi rispettivi tagħhom.