“Se jkun hemm drabi fejn Malta ma taqbilx mal-Unjoni Ewropea” – PM

Waqt l-ewwel laqgħa mal-President tal-Kummissjoni Ewropea fi Brussell, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Malta taqbel mad-direzzjoni politika tal-President il-ġdid Jean-Claude Juncker.
Huwa qal li din id-direzzjoni għad trid tissarraf b’mod konkret.
Dr Muscat kompla jgħid li se jkun hemm kwistjonijiet fejn il-pożizzjoni ta’ Malta u l-politika tal-Kummissjoni Ewropea ma tkunx taqbel, iżda diskussjonijiet xorta għandhom isiru.
Matul din il-laqgħa ġie diskuss ukoll l-irwol li jista’ jingħata lill-Kummissarju-nominat Karmenu Vella.
Il-Prim Ministru ltaqa’ wkoll mal-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz, fejn iddiskutew fejn jista’ jkun hemm aktar sinerġija bejn il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew.

Ritratt: Reuben Piscopo