“Se jiżdied il-budget u jonqsu l-ispejjeż għall-kunsilli lokali” – Ministru Borg

Il-kunsilli lokali se jibbenifikaw minn investiment ta’ €700 miljun li l-Gvern se jagħmel fl-Aġenzija tat-Toroq u tal-Infrastruttura biex jittranġaw it-toroq.
Dan qalu l-Ministru għat-Trasport Ian Borg waqt laqgħa tas-sindki u tal-viċi sindki.
Il-Ministru spjega li l-aġenzija se tinvesti €700 miljun fuq perjodu ta’ seba’ snin u b’hekk jonqos drastikament il-piż u r-responsabbilità minn fuq il-kunsilli lokali.
Skont il-Ministru dan ix-xogħol ħafna mid-drabi ma kienx isir minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi, filwaqt li sostna li b’hekk, il-kunsilli se jispiċċaw b’budget akbar biex iwettqu aktar proġetti li jibbenefikaw lill-komunitajiet fl-irħula u fl-ibliet tagħhom.
Ritratt: MGOZ – George Scerri