Se jivvutaw b’mod sigriet biex ikeċċu lill-President Sud Afrikan

Il-President tal-Afrika t’Isfel, Jacob Zuma, jista’ jkun li jitlef il-fiduċja tal-Membri Parlamentari Sud Afrikani, hekk kif dawn lesti biex jgħaddu vot sigriet dwaru.
Il-Kungress Nazzjonali Afrikan (ANC) u l-partiti tal-Oppożizzjoni qasmu sagħtejn ta’ dibattitu jaħarqu aktar kmieni llum, xħin finalment twaddab il-ballun tal-vot sigriet fid-diskussjoni.
Jidher li Zuma dara b’dawn it-tipi ta’ vot, hekk kif din hija t-tmien darba li qed jaffaċċjah. Sa issa dejjem għaddiet tiegħu.
Minkejja dan, l-Oppożizzjoni tinsab ottimista li wħud mill-MP tal-Gvern jivvutaw kontra l-president tagħhom, peress li l-vot se jkun sigriet għall-ewwel daba.
Biex il-mozzjoni tgħaddi, minn tal-inqas 50 mill-249 MP tal-ANC jridu jivvutaw kontra Zuma.
Il-kritika lejn Zuma ħraxet akar kmieni dis-sena meta keċċa lill-Ministru tal-Finanzi, li kien irrispettat mmill-pajjiż kollu.
Dan kollu seħħ fl-istess żmien li Zuma kien qed jiġi akkużat li hu qrib iżżejjed tal-familja sinjura Gupta, li huma akkużati bi ndħil politiku, inkluż it-tkeċċija tal-Ministru tal-Finanzi.
Zuma u l-familja Gupta dejjem ċaħdu dawn l-allegazzjonijiet.
Il-vot se jsir nhar it-Tnejn.