Se jitwaqqaf monument f’ġieħ il-perit Duminku Mintoff

Id-deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista Toni Abela ħabbar li fil-31 ta’ Marzu tas-sena d-dieħla se jitwaqqaf monument f’ġieħ il-perit Duminku Mintoff.

F’konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, Toni Abela spjega kif twaqqaf kumitat apposta sabiex jinbena monument f’ġieħ il-Perit Mintoff.

Semma kif fl-20 ta’ Awwissu li ġej se jittellgħu diversi attivitajiet fosthom wirja artistika fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista li se tinkludi pitturi u skulturi li jirrapreżentaw lill-Perit Mintoff. Din il-wirja se titnieda mill-Prim Ministru Joseph Muscat.