Aġġornata: Jinħeles mill-arrest wara li kien akkużat li qatel tajra

Żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Mosta ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat li qatel ajkla protetta.
Huwa kien akkużat li lbieraħ ikkaċċja għasfur protett, li kellu apparat elettroniku, u li kellu skartoċċ b'ċomb ikbar minn dak permess mil-liġi.
Huwa kien akkużat ukoll li pprova jeqred jew ibiddel traċċi u li kiser sentenza preċedenti b’rabta ma’ kaċċa illegali.
Huwa wieġeb li mhux ħati, u ngħata ħelsien mill-arrest taħt depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta' €10,000.
Ritratt: Ian Noel Pace