Se jitressaq appell biex tinbidel is-sentenza ta’ Oscor Pistorius

Il-Prokura Nazzjonali tal-Afrika ta’ Isfel se tressaq appell kontra s-sentenza li ngħatat lil Oscar Pistorius.
L-atleta parolimpiku instab ħati bil-qtil involontarju tal-maħbuba tiegħu Reeva Steenkamp u ngħata s-sentenza ta’ ħames snin priġunerija li minnhom jista’ jagħmilhom arrestat f’daru.
Il-Prokura Nazzjonali Afrikana qed tipprepara d-dokumenti meħtieġa biex il-Qorti tbiddel is-sentenza li ngħatat lil Pistorius.