Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis inawgura seba’ tipi ta’ premjijiet fil-qafas ta’ anzjanità attiva.
L-istqarrija tispjega t-tipi ta’ premjijiet li se jingħataw:
Il-Premju Anzjanità Attiva jirrkonoxxi l-persuna li għamlet kontribuzzjoni għall-promozzjoni tal-ħarsien soċjali u tad-drittijiet tal-persuni anzjani;
Il-Premju Mudell Ideali huwa premju li se jirrikonoxxi anzjani li huma ta’ mudell għas-soċjetà Maltija;
Il-Premju Koppja Miżżewwġa se jirrikonoxxi koppji miżżewġin li flimkien ikunu taw kontribut lis-soċjetà Maltija;
Il-Premju Proġetti Anzjanità Attiva huwa intenzjonat għall-organizzazzjonijiet li jimplimentaw proġetti u inizjattivi li jippromwovu l-anzjanità attiva;
Il-bqija tal-premjijiet jiffukaw fuq setturi bħall-akkademja, l-isport u l-kultura.
L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru mill-Uffiċini tas-Segretarjat fi 310, Palazzo Ferreira, il-Belt Valletta, mill-Kunsilli Lokali jew mis-sit www.activeageing.gov.mt
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħatu bil-posta lura lejn is-Segretarjat, jew b’email fuq premjuanzjanitaattiva.mfcs@gov.mt mhux aktar tard mill-14 ta’ Settembru 2018.