Se jibda x-xogħol biex jitneħħa l-iskart mill-Park tal-Majjistral li jammonta għal madwar 130 trakk mimli.
Fi stqarrija, il-Ministru għall-Ambjent José Herrera qal li l-ħdima qed issir mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), Wasteserv, u Parks.
Dawn se jkunu qed ineħħu eluf ta’ tunnellati ta’ skart ta’ kostruzzjoni mormi llegalment matul is-snin.
Herrera qal li “din hija waħda mill-ikbar clean-ups li qatt saret f’Malta”.