Se jitħallsu sa 80% tal-pagi tal-ħaddiema fl-Ingilterra

Read in English.

Il-Gvern Ingliż se jħallas sa 80% tal-pagi tal-ħaddiema li mhux se jkunu qed jaħdmu minħabba l-imxija tal-coronavirus, sa £2,500 fix-xahar.

Rishi Sunak qal li dawn il-miżuri “bla precedent” kienu parti mill-pjanijiet tal-Gvern biex jipproteġi x-xogħol tan-nies.

F’Malta l-Gvern ġie kkritikat minn għadd ta’ entitajiet li qalu li l-pakkett ta’ għajnuna li qed joffri Robert Abela mhux se jgħin biex in-nies ma jitilfux xogħolhom.

Il-Gvern Ingliz ser ihallas 80% tal-pagi ta' haddiema li ma jistghux jahdmu minhabba l-Coronavirus sa massimu ta' €2800…

Posted by David Thake on Friday, March 20, 2020

Skont il-BBC, fl-Ingilterra kumpaniji avżaw li jafu jikkollassaw minħabba l-coronavirus u b’hekk jintilfu eluf ta’ impjiegi.

Sunak qal li l-għeluq tal-pubs u r-ristoranti se jkollu “impatt sinifikanti” fuq in-negozji.

L-Editur tal-BBC għall-ekonomija qal li l-iskema tal-Gvern Ingliż hija aktar ġeneruża minn xi skemi ta’ xi pajjiżi fl-Iskandinavja.

Il-miżuri li ħabbar il-Gvern ta’ Robert Abela għan-negozji minħabba l-coronavirus mhux se jsalvaw l-impjiegi, skont il-Federazzjoni tal-Għaqdiet tal-Għalliema tal-Lingwa Ingliża (FELTOM).

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn