Se jitħabbar proċess ta’ konsultazzjoni fuq il-politika marittima

Fil-jiem li ġejjin il-Gvern se jniedi konsultazzjoni pubblika biex titfassal politika marittima.
Dan qalu s-Segretarju Parlamentari Josè Herrera meta ltaqa’ mal-Kumitat Nazzjonali għall-Istrateġija Marittima.
Dan il-Kumitat huwa responsabbli mill-integrazzjoni marittima.
Fi kliem Herrera din l-integrazzjoni trid tinkludi leġiżlazzjoni ġdida dwar il-continental shelf, is-sigurtà marittima, pjan u inizjattivi għall-industrija tas-sajd, faċilitajiet tal-jottijiet, reklamazzjoni tal-art fil-baħar u l-hub marittimu.
Josè Herrera qal li din il-politika se tippromwovi l-opportunitajiet biex tissaħħaħ l-ekonomija blu u t-tkabbir kif stabbilit mill-Unjoni Ewropea. 

Ritratt: DOI – Reuben Piscopo