​Se jirtiraw 10 ġudikanti

Għaxar membri tal-ġudikatura se jkunu qed jirtiraw fil-ħames snin li ġejjin.
Dan qalu l-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonniċi fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
Dawn jinkludu lill-Prim Imħallef Silvio Camilleri, seba imħalfin u żewġ maġistrati, fosthom il-Maġistrat Paul Coppini mill-Qrati ta’ Għawdex.