Se jirriżenja l-Kummissarju tal-Pulizija Slovakk

Il-Kummissarju tal-Pulizija tas-Slovakjja se jirriżenja sal-aħħar ta’ Mejju skont il-Prim Ministru Slovakk Peter Pellegrini.
Skont ir-Reuters, it-tħabbira tar-riżenjsa saret minħabba pressjuni pubblika wara l-assassinju tal-ġurnalist Jan Kuciak.
Eluf ta’ persuni ilhom jipprotestaw minn Frar li għadda wara l-assassinju ta’ Kuciak li kien qed jinvestiga l-korruzzjoni fost affarijiet oħra.
S’issa għadu ma tressaq ħadd il-qorti b’rabta mal-qtil.
F’Marzu l-President tas-Slovakkja Andrej Kiska aċċetta r-riżenja tal-Prim Ministru Slovakk Robert Fico wara l-qtil tal-ġurnalist investigattiv Jan Kuciak.
Kien irriżenja wkoll  il-Ministru tal-Intern Slovakk Robert Kaliňák, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Slovakk Roman Šipoš, u rriżenja l-Ministru għall-Kultura Marek Maďarič fost oħrajn.
Intant il-Kap tad-Dipartiment tal-Fakultà tal-Midja u l-Komunikazzjoni tal-Università ta' Malta Ġorġ Mallia pitter tabella li turi d-diversi riżenji li saru fis-Slovakkja.