Se jirnexxielha Michelle toħroġ mill-problema li tinsab fiha?

Ir-rutina tal-Klikka tkompli. Iżda r-rutina kultant tieqaf u r-realtà tinbidel. Veronica lesta li tkompli ħajjitha mingħajr Thomas. Iżda tgħid Thomas se jirnexxielu jinsa’ lil Veronica. X’se tkun ir-reazzjoni tal-ġenituri tagħhom?

Louisa jidher li sabet persuna biex jgħinha fil-kċina. Min hu? Tgħid Michelle, wara l-parir li tawha sħabha, se toħroġ mill-problema li tinsab fiha? Jew il-problemi ser jiżdiedu?

Kif se tevolvi r-relazzjoni bejn Julia u Matthew? Min hu Matthew fil-verità?

Il-Klikka għandu produzzjoni ta’ V Squared u qed jerġa’ jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-2.15pm fuq l-istazzjon One.