Se jirnexxi l-pjan ta’ Sandra?

Annalise Baldacchiino u Marica Cassar

Il-puntati mill-ewwel staġun ta’ Santa Monika li oriġinarjament kien beda jixxandar f’Ottubru tal-2005 ikompli llejla fid-8.45pm fuq Net bis-seba’ puntata fejn se naraw kif Sandra tkompli bil-ħidma tagħha biex tmexxi d-droga fi-ħabs minkejja li Connie tipprova tagħmel minn kollox biex twaqqafha. Iżda donnu li ħadd u xejn ma jista’ jwaqqaf lil Sandra.

Marija, it-tifla ta’ Jessie, tmur tgħix maz-zija Ġuża. Il-problemi issa jibdew jikbru hekk kif donnu li Ġianni, ir-raġel ta’ Ġuża, donnu mhux ta min jafdah. Tgħid Ġuża taf sa fejn kapaċi jasal żewġha?

Tkompli wkoll l-istorja ta’ Henry hekk kif issa jrabbi l-kuraġġ biex jiddikjara mħabbtu lil Ruth.

Jieħdu sehem fost oħrajn Theresa Gauci, Frederick Testa, Daphne Said, Ray Attard, Vivienne Caruana, Simone Zammit, Vanessa Cassar, Monica Attard, Claire Agius Ordway, Roderick Vassallo, Lilian Pace, Mariana Briffa, Annalise Baldacchino u Paul Caruana.