Se jintlaqgħu aktar applikazzjonijiet għall-iskejjel tal-Knisja

L-iskejjel tal-Knisja se jerġgħu jilqgħu applikazzjonijiet għal numru ta’ postijiet għall-bniet fl-ewwel sena sekondarja f’din is-sena skolastika li għadha kemm bdiet.

L‑applikazzjonijiet jintlaqgħu nhar il-Tlieta 1 ta’ Ottubru 2013 fis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija fil-Furjana.

L-applikazzjonijiet se jsiru skont dawn il-kriterji: studenti skont l-ewwel kriterju jiġifieri tad-Djar tal-Knisja, aħwa, ulied ta’ impjegati fi skola tal-Knisja u ta’ skola bla kontinwità, u skont it-tielet kriterju Applikanti Oħra.

L-istudenti li se japplikaw għall-ewwel sena sekondarja jridu jkunu twieldu fis-sena 2002.

Il-polza se ssir nhar l-Erbgħa 2 ta’ Ottubru 2013 fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana.

Aktar dettalji dwar id-dokumenti li wieħed għandu jippreżenta meta japplika jinsabu fir-Regolamenti tad-Dħul fuq il-websajt: http://maltadiocese.org/posts/category/church-schools