Se jinstab dak li kien qed jiġi mfittex?

Rewind illum jippreżentaw episodju ieħor ta’ Sorelle b’kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.

Il-Maġġur titlob lil Patrick biex jagħmillha xi ħaġa. X’se tkun din il-ħaġa?

Għaliex Angela se terġa’ ċċempel lill-maġġur. X’inhu jinkwietha?

Gina tkompli bir-riċerka tagħha. X’se ssib dwar Samantha Livori. Tgħid jirnexxhielha ssib dak li kienet qed tfittex jew għalxejn?

Sorelle jixxandar fuq TVM fit-3pm. Repetizzjoni ta’ din il-puntata tixxandar illejla fil-11.25pm u għada filgħodu fis-6.15am. Il-puntati kollha ta’ matul il-ġimgħa jkollhom repetizzjoni s-Sibt filgħodu mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.