Se jinħelsu mat-3,000 tifel u tifla maħtufa fis-Sudan t’Isfel

Fil-ġimgħat li ġejjin, grupp armat fis-Sudan t’Isfel se jeħles gradwalment mat-3,000 tifel u tifla li kienu qed jinżammu maħtufa.
L-ewwel grupp ta’ tfal li nħelsu kien magħmul minn 280 tifel u tifla.
Dawn it-tfal kienu qed jingħataw it-taħriġ biex isiru suldati jew biex jingħaqdu mal-estremisti Iżlamiċi.
Kienet l-għaqda UNICEF, li kienet parti fin-negozjati, li ħabbret il-ħelsien ta’ dawn it-tfal li fil-maġġoranza tagħhom għandhom bejn 11 u 17-il sena.