Se jinħarġu l-biljetti għall-finali ta’ X Factor

It-tieni staġun tal-programm X Factor Malta wkoll qiegħed joqrob u b’differenza mill-programmi kollha, il-finali se jkun qed jixxandar is-Sibt 8 ta’ Frar. Se jkun qed isir bħas-soltu fl-MFCC f’Ta’ Qali u f’xandira diretta fuq TVM.

Minn dan il-programm li rreġistra udjenza ta’ 145,000 telespettatur matul Jannar, se jintagħżel min se jirrappreżenta ‘l pajjiżna fil-Eurovision Song Contest 2020 li se jsir bejn it-12 u 16 ta’ Mejju f’Rotterdam, fin-Netherlands.

Il-biljetti għall-finali tas-Sibt 8 ta’ Frar se jkunu qed jinħarġu proprju għada t-Tlieta 28 ta’ Jannar f’nofsinhar fuq is-sit showshappening.com

Intant bħalissa fuq il-paġna Facebook Lifestyle għaddejja wkoll kompetizzjoni fejn wieħed jsita’ jirbaħ biljetti għall-aħħar live show ta’ qabel il-final. Dan se jsir fl-MFCC nhar il-Ħadd 2 ta’ Frar.

Biex tipparteċipa idħol fil-paġna Facebook ta’ Newsbook Lifestyle u agħfas “Like” u segwi l-istruzzjonijiet. Il-biljetti f’din il-kompetizzjoni huma strettament għas-serata tal-Ħadd 2 ta’ Frar u mhux trasferibbli għal data oħra.