Se jingħata Ballun tad-Deheb għan-nisa għall-ewwel darba

Ballun tad-deheb nisa

France Football, ir-rivista li tieħu ħsieb tqassam dan il-premju annwali lill-aqwa plejer maskili ta’ matul l-istaġun, ħabbret li din is-sena se jingħata Ballun tad-Deheb għan-nisa għall-ewwel darba. Kien Sir Stanley Matthews li rebaħ l-ewwel edizzjoni ta’ dan il-premju prestiġjuż  fl-1956 u mbagħad baqa’ jingħata lill-plejers maskili biss.

L-editur tar-rivista, Pascal Ferre, stqarr: “Il-futbol tan-nisa hija dixxiplina li qed tikber u jistħoqqilha l-istess rispett bħall-futbol tal-irġiel. Kisbet maturità u tkompli tikber.”

Ħmistax-il mara se jiġu nominati minn France Football fit-8 t’Ottubru u ċ-ċerimonja ser isseħħ f’Pariġi fit-3 ta’ Diċembru.