Se jingħaqdu r-rivali Għawdxin

Il-Pjazza tal-Qala fin-nofstanhar ta’ filgħodu tal-1 ta’ Lulju se toffri Festa Għawdxija.

Din il-festa, organizzata mill-Għaqda Brijun San Ġużepp b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex, se tgħaqqad numru ta’ għaqdiet flimkien li s-soltu huma rivali. Se jipparteċipaw 13-il għaqda tal-armar, b’kull għaqda tesibixxi bandalori u pavaljuni. Ma jonqosx il-marċ tradizzjonali mill-Għaqda Mużikali Ite Ad Joseph tal-Qala. Se jkun hemm ukoll esebizzjoni ta’ ritratti li jittrattaw kull festa Għawdxija.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana saħqet li din l-attività ġiet fil-mument opportun, għaliex Malta għadha kemm ressqet talba quddiem il-UNESCO biex il-festi f’Malta jiġu ddikjarati bħala wirt kulturali intanġibbli.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista jżur is-sit jew il-mobile app ta’ ‘visitgozo’.