Se jingħalqu 14-il ħanut tal-M&S

Marks and Spencer (M&S) mistennija tagħlaq madwar 14-il ħanut din is-sena fir-Renju Unit u b’kawża ta’ dan se jitilfu xogħolhom mijiet ta’ persuni.
Dan wara li l-kumpanija qalet li kellha perjodu tal-Milied diżappuntanti meta naqas kemm il-bejgħ tal-ikel kif ukoll tal-ħwejjeġ.
S’issa, sitt ħwienet huma kkonfermati li se jingħalqu s’April li ġej. Minkejja dan xi wħud mill-impjegati ngħatawlhom offerti sabiex jaħdmu fi ħwienet viċin.
Dawn jinsabu f’Birkenhead, Bournemouth, Durham, Forestfach, Putney u Redditch.
Tmien ħwienet oħra huma ppjanati li jingħalqu, u dan jista’ jaffettwa mal-468 impjegat ieħor.
Dawn jinsabu f’Andover, Basildon, Bridlington, Denton, Falmouth, Fareham, Keighley u Stockport.
M&S għadha 5 ħwienet li jbigħu kemm ħwejjeġ kif ukoll ikel madwar Malta.