Se jingħalaq parti mill-Bypass ta’ Birkirkara

Minħabba xogħlijiet ta’ tiswija fuq parti mis-sistema tal-provvista tal-ilma, se tingħalaq għat-traffiku parti minn Triq Dun Karm, jew kif inhi magħrufa l-Bypass ta’ Birkirkara.  It-tiswijiet se jsiru bejn il-Ħadd u t-Tnejn li ġej.

Fi stqarrija, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma avżat li l-parti li se tingħalaq għat-traffiku se tkun Triq Dun Karm, kantuniera ma’ Triq Tumas Fenech, direzzjoni Msida.

It-triq se tingħalaq bejn nhar il-Ħadd fid-9pm u s-6am tat-Tnejn.

Il-Korporazzjoni avżat lis-sewwieqa biex isegwu t-tabelli tad-devjazzjoni.