Se jinfetħu l-ewwel 2 flyovers tal-Marsa

Infrastructure Malta

Se jinfetħu l-ewwel żewġ flyovers tal-Marsa Junction fi tmiem din il-ġimgħa, skont Infrastructure Malta.

Fi stqarrija, IM qalet li b’dawn iż-żewġ strutturi ta’ flyovers, li magħqudin flimkien ikopru distanza ta’ madwar nofs kilometru, dawk li jużaw it-toroq se jkollhom rotta diretta bejn il-Marsa u Ħal Luqa, lejn l-Ajruport u l-mini ta’ Ħal Kirkop, flok dik eżistenti mit-traffic lights ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata.

IM qalet li kmieni s-sena d-dieħla jinfetħu wkoll it-tielet u r-raba’ flyovers.