Se jinfetaħ konsulat għall-Ungerija f’Malta

Se jinfetaħ l-ewwel konsulat għall-Ungerija f’Malta fil-Belt Valletta.
Dan tħabbar mill-Membru tal-Parlament Ewropew Ungeriż Istvan Ujhelyi.
L-MPE soċjalista qal li ilu jaħdem biex l-Ungeriżi jkollhom rapreżentazzjoni permanenti f’Malta fid-dawl tal-eluf ta’ persuni mill-Ungerija li qed jgħixu u jaħdmu f’Malta.
Ujhelyi qal li kien inaċċettabli li l-Ungeriżi kellhom imorru lejn Ruma jew lejn it-Tuneżija biex jivvutaw fl-aħħar elezzjoni ġenerali tal-Ungerija.
Qal li mill-ħarifa tal-2018, se jkun hawn diplomatiku permanenti f’Malta li se jkun taħt is-superviżjoni tal-Ambaxxata Ungeriża f’Ruma.