Se jinfetaħ ċentru ieħor biex l-anzjani jkomplu jistudjaw

Anthony Aguis Decelis

F’Ottubru se jinfetaħ ċentru tal-Università tat-Tielet Età (U3E) f’Ħ’Attard.
Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis. Ħabbar dan waqt attività tal-25 sena mill-ftuħ tal-U3E f’Malta.
Agius Decelis qal li huwa importanti li wieħed ifittex li jkompli jitgħallem, bħal ma jagħmlu aktar minn 700 anzjan u anzjana li jattendu għall-programmi tal-U3E fl-erba’ ċentri madwar Malta u Għawdex. Iċ-ċentru ta’ Ħ’Attard se jibda jinfetaħ kull nhar ta’ Erbgħa.
L-U3E hija pjattaforma li sservi biex tissaħħaħ l-inklużjoni soċjali u l-aċċessibilità għall-informazzjoni u l-edukazzjoni għall-anzjani f’Malta.
Ritratt: DOI – Clodagh Farrugia O’Neill