​Se jinbidlu r-rati tal-parkeġġ fl-Isptar Mater Dei

cars in carpark

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-kuntratt il-ġdid għat-tmexxija tal-parkeġġi pubbliċi tal-Isptar Mater Dei se jiggarantixxi rati orħos ta’ parkeġġ għall-pubbliku.
Meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat tal-Oppożizzjoni Godfrey Farrugia, Fearne spjega kif il-kuntratt il-ġdid, li issa hu aġġudikat, se jkun qed jiżgura li l-kuntrattur se jkun responsabbli mill-maniġment kollu tal-parkeġġ, inkluż manutenzjoni ta’ apparat.
Saħaq li se jiżgura wkoll li l-Gvern ma joħroġx flus, anzi jdaħħal flus permezz ta’ dan l-arranġament.
Chris Fearne irrimarka li r-rati ta’ bħalissa huma skont il-kuntratt li daħal fis-seħħ f’Jannar 2008, bil-Gvern iħallas lill-kuntrattur għal servizzi u manutenzjoni ta’ apparat relatat.
Ippreżenta wkoll lista bir-rati tal-parkeġġ kif ġej:
Sa 30 minuta                            Xejn
Minn 30 minuta sa siegħa           €0.80
Minn siegħa sa sagħtejn              €1.65
Minn sagħtejn sa 3 sigħat           €2.45
Minn 3 sigħat sa 4 sigħat            €3.25
Minn 4 sigħat sa ġurnata             €4.10
Mill-10pm sas-6am                       €0.80