Se jinbena lido ġdid fix-Xatt tal-Gżira

Il-MEPA approvat ukoll il-bini ta’ lido ġdid fix-Xatt tal-Gżira.  Il-lido se jkollu pixxina b’mgħammra bil-faċilitajiet neċessarji, sala pubblika għall-wirijiet u żewġ restoranti. 
Il-proġett se jgħin u jiżgura biex il-lukandi li hemm max-Xatt, jiġifieri l-lukandi Bay View, Kennedy Nova, The Strand u Waterfront, jaġġornaw il-faċilitajiet turistiċi tagħhom.
Parti mill-proġett se jkun passaġġ wiesa’ żewġ metri biex in-nies jibqa’ jkollhom aċċess għax-xatt.