Se jimxi kilometru għal kull sena ta’ ħajtu b’risq il-Hospice Malta

Eman Azzopardi

Eman Azzopardi fi ftit jien oħra se jkun qed jiċċelebra l-45 sena tiegħu fi ftit jiem u din is-sena ddeċieda li jagħmel xi ħaġa xi ftit differenti. Dilettant tal-avid tracking, Eman iddeċieda li jimxi kilometru għal kull waħda mill-45 sena ta’ ħajtu b’risq il-Hospice Malta, organizzazzjoni volontarja rreġistrata mal-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju (VO / 0062), li twaqqfet fl-1989 bil-għan li tipprovdi u tippromwovi l-ogħla standards ta’ kura paljattiva.

Matul is-sena, ‘l fuq minn 1,300 pazjent u l-familji tagħhom jibbenefikaw minn servizz ta’ kura paljattiva ta’ Hospice Malta fil-komunità. Is-servizz huwa pprovdut minn tim multidixxiplinarju ta’ professjonisti bl-appoġġ ta’ aktar minn 200 voluntier, lil pazjenti li jbatu minn kanċer, motor-neuron disease, mard kardijaku, respiratorju, renali u tal-fwied.

Għin lil Eman jilħaq l-għan tiegħu billi tagħti d-donazzjoni tiegħek qabel id-19 ta’ Jannar permezz ta’ dan il-link.

Eman Azzopardi Hospice Malta