Se jikkonfiskaw il-mowbajls tas-sewwieqa wara l-inċidenti tat-traffiku

Wara kull inċident tat-traffiku, il-pulizija fir-Renju Unit se tikkonfiska l-mowbajl tas-sewwieqa biex tiċċekkja jekk ikunux għamlu użu mill-mowbajl ftit qabel l-inċident. 
Dan l-eżerċizzju qed isir bil-għan li jibdew jiġu fi tmiemhom l-imwiet ikkawżati minn inċidenti tat-traffiku minħabba li jibagħtu messaġġi, iċemplu, jew jużaw l-internet waqt li jsuqu.
Il-mowbajls se jkunu qed jintużaw ukoll waqt ix-xhieda tal-pulizija fil-Qorti.
Fir-Renju Unit, jitilfu ħajjithom jew iweġġgħu serjament aktar minn 500 persuna fis-sena, kawża tal-użu tal-mowbajl waqt li jkunu qed isuqu.